Il-Bank dwar Malta
Share
Il-Kap Eżekuttiv ‘Insight’ ipoġġi bilqiegħda ma’ Michael Collis, Uffiċjal Kap Eżekuttiv u Direttur Maniġerjali tal-Bank BNF.
CEO Insight: F’kuntest ta’ intensità kompettitiva u volatilità tas-suq, il-Bank BNF qed jimxi minn suċċess għal suċċess ikbar fir-rigward tal-profittabilità u l-kisba tas-sehem mis-suq. Għal xiex tattribwixxi dan?
Michael Collis: Il-bank BNF ipproduċa prestazzjoni finanzjarja li tjiebet b’mod konsistenti matul l-aħħar ħames snin li nemmnu li hija xhieda tal-istrateġija tagħna. Għal darb’oħra tajna prova tal-kapaċità tagħna li ntejbu l-marka tagħna filwaqt li nkomplu noħolqu valur hekk kif is-self globali kiber u tjieb fil-kwalità tal-kreditu.
Din is-sena li għaddiet sibna ruħna f’pożizzjoni tajba biex nimmassimizzaw l-opportunitajiet. Filwaqt li ma nistgħux inbassru u nifhmu kompletament il-kawża ta’ avveniment ta’ ċinju iswed, jew kif se jiżvolġi, tgħallimna li għandhom jiġu attwati miżuri protettivi b’antiċipazzjoni ta’ avvenimenti mhux mistennija. Tali miżuri jorbtu maż-żamma ta’ operazzjonijiet sostenibbli filwaqt li jipprovdu prestazzjoni sostenibbli.
CEO Insight: Xi pjanijiet hemm fis-seħħ biex jiġi stabbilit tkabbir strateġiku sostenibbli fit-tul?
Michael Collis: Se nkomplu ninvestu fil-pilastri ewlenin tal-viżjoni tagħna; it-tkabbir finanzjarju sostenibbli, l-internazzjonalizzazzjoni, u t-trasformazzjoni teknoloġika. Bit-teknoloġija tilgħab rwol kruċjali biex jiġi ipprovdut eċċellenza ta’ servizz, il-Bank BNF jinsab fit-triq it-tajba biex ikompli jħaddan ir-rivoluzzjoni diġitali. L-idea mhijiex li nħallu t-teknoloġija tieħu r-riedni f’idejha iżda li niffaċilitaw il-ħidma tan-nies tagħna huma u jagħmlu xogħolhom, ninvestu fil-kapaċità tagħhom u noffru lill-klijent tagħna esperjenza ferm aħjar.
Meta nitkellmu dwar is-sostenibbiltà, qed nirreferu wkoll għar-responsabbiltajiet ambjentali tagħna bħala Bank. Bi kwistjonijiet ambjentali fuq l-aġenda globali, żidna l-isforzi tagħna biex innaqqsu l-impatt tal-operazzjonijiet tagħna. Bħala linja bażi, iffurmajna Kumitat tal-Investiment Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) bħala parti mill-istruttura ta’ governanza tal-ġestjoni, li jistabbilixxi l-pedamenti għal miri għal żmien qasir, medju u fit-tul. Dawn il-miri huma relatati kemm mal-finanzjament kif ukoll mat-tnaqqis tal-marka tal-karbonju tagħna.
Fl-aħħar nett, se nkomplu nsaħħu l-politiki u l-proċeduri AML/CFT tagħna, li wrew li kienu ta’ użu kbir għalina matul ċirkostanzi avversi fl-aħħar sena.
CEO Insight: X’tista’ tgħidilna dwar il-programm tal-BNF Bank għad-diversifikazzjoni bil-ħsieb li jiġu ġġenerati flussi ta’ dħul addizzjonali?
Michael Collis: Fl-aħħar ftit snin, espandejna għar-Renju Unit billi ftaħna fergħa tal-bank f’Londra. Id-diversifikazzjoni permezz tal-fergħa tagħna tar-Renju Unit se tgħinna nissuperaw il-kompetizzjoni tagħna fis-snin li ġejjin.
Din is-sena, il-Bank ħareġ l-ewwel bond subordinat mhux garantit tiegħu ta’ €20 miljun, li jippermetti l-pjanijiet ta’ tkabbir kontinwu tal-Bank, jagħti servizz ta’ kwalità għolja lill-klijenti tiegħu u jappoġġa lill-komunità li jservi.
Għal quddiem, beħsiebna nimmiraw segmenti ġodda li huma aktar sofistikati fit-teknoloġija, permezz tal-istrateġija ta’ trasformazzjoni diġitali tagħna, filwaqt li nkomplu noqogħdu attenti għal/infittxu opportunitajiet ġodda.
CEO Insight: Sa liema punt il-BNF Bank huwa involut fi proċess ta’ trasformazzjoni diġitali. X’inhi eżattament din it-trasformazzjoni diġitali? X’inhu l-pjan direzzjonali? X’inhu l-objettiv li tridu tilħqu?
Michael Collis: L-istrateġija ta’ trasformazzjoni diġitali tagħna hija parti integrali mill-viżjoni tagħna għal bank sostenibbli tal-futur. L-iżvilupp tal-punti ta’ kuntatt diġitali tagħna jipprovdi lill-klijenti aktar libertà, aċċessibbiltà, u esperjenza ġenerali mtejba bbażata fuq servizzi li jirrispondu għall-apparat użat mill-klijent u li jużaw l-ogħla standards ta’ sigurtà u huma bbustjati minn intervent uman personali.
Għażilna l-aktar ‘Temenos Transact’ u ‘Infinity’ avvanzati biex immexxu l-fażi li jmiss ta’ investiment teknoloġiku tal-bank għat-Trasformazzjoni Bankarja Ewlenija tiegħu. Din il-kollaborazzjoni se tippermetti lill-Bank BNF jaċċessa l-funzjonalitajiet ta’ Temenos Transact, is-soluzzjoni core-banking diġitali l-aktar użata fid-dinja u nkomplu nespandu l-kapaċitajiet tagħna b’mod esponenzjali.
CEO Insight: B’liema mod l-istruttura tas-sjieda tal-bank isservi biex tibbenefika lill-partijiet interessati kollha?
Michael Collis: Aħna bank Ewropew li jopera minn Malta, skont regolament Ewropew. Sa mill-2016, l-azzjonist maġġoritarju tal-bank BNF huwa JUD Investment Group Limited, sussidjarja ta’ Al Faisal International for Investment Company, Q.P.S.C., wieħed mill-akbar gruppi privati tal-industrija diversifikata tal-Qatar, li għandu sehem ta’ 92.4% fil-Bank. Il-bqija tal-ishma huma miżmuma minn erba’ azzjonisti Maltin: PG Holdings Limited, Virtu Investments Limited, SAK Limited u Mizzi Organisation Limited, li kollha huma negozji tal-familja. Huma jirriflettu wkoll il-bażi tal-klijenti korporattivi tagħna, il-maġġoranza huma negozji tal-familja żgħar u medji.
CEO Insight: Kif is-servizzi korporattivi personaliżżati u l-programm Business Accelerate tal-bank BNF iservu biex jiddistingwuh u jgħolluh ‘il fuq mill-kompetizzjoni?
Michael Collis: Il-maniġers tar-relazzjonijiet bankarji korporattivi ddedikati tagħna huma ffokati biex joffru lill-klijent esperjenza effiċjenti, konvenjenti u fl-aħħar mill-aħħar superjuri, li żżid il-valur u tissodisfa t-talbiet tal-klijenti tagħna. Kemm jekk huma negozji ġodda jew konglomerati tal-familja aktar sofistikati, is-servizzi korporattivi apposta tagħna – kif ukoll is-sett ta’ prodotti tagħna, huma mfasslin għall-ħtiġijiet ta’ intrapriżi f’diversi stadji tat-tkabbir tagħhom.
Fil- Bank BNF nirrikonoxxu l-isfidi li jiffaċċjaw l-SMEs biex jiksbu finanzjament. Permezz ta’ ‘Business Accelerate’, noffru l-possibbiltà unika ta’ finanzjament ta’ negozju b’sigurtà minima u rata ta’ imgħax kompetittiva. Dan huwa possibbli bħala riżultat ta’ ftehim mal-Fond Ewropew tal-Investiment.
CEO Insight: X’inhuma l-punti ta’ riferiment tiegħek għas-suċċess fit-twettiq u s-sostenn tal-viżjoni tal-Bank BNF biex dan il-bank ikun l-istituzzjoni bankarja premium ta’ Malta?
Michael Collis: Il-pożizzjoni tal-Bank BNF tibqa’ proattiva biex tantiċipa x-xejriet u tibqa’ pass qabel il-bidla. B’ħarsa ‘l quddiem, il-BNF iħaddan il-futur billi jkompli jsegwi kontinwament innovazzjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar jibbustjaw iktar l-esperjenza tal-klijenti tagħna u jkomplu l-vjaġġ tal-Bank biex isir il-Bank tal-ewwel għażla f’Malta għall-familji u n-negozji Maltin.